EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52023AP0388

P9_TA(2023)0388 — Emenda ta’ ċerti Direttivi fir-rigward tal-istabbiliment u l-funzjonament tal-punt ta’ aċċess uniku Ewropew (ESAP) — Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Novembru 2023 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda ċerti Direttivi fir-rigward tal-istabbiliment u l-funzjonament tal-punt ta' aċċess uniku Ewropew (COM(2021)0724 – C9-0437/2021 – 2021/0379(COD)) (Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

ĠU C, C/2024/2850, 8.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/2850/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/2850/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/2850

8.5.2024

P9_TA(2023)0388

Emenda ta’ ċerti Direttivi fir-rigward tal-istabbiliment u l-funzjonament tal-punt ta’ aċċess uniku Ewropew (ESAP)

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Novembru 2023 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda ċerti Direttivi fir-rigward tal-istabbiliment u l-funzjonament tal-punt ta' aċċess uniku Ewropew (COM(2021)0724 – C9-0437/2021 – 2021/0379(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(C/2024/2850)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2021)0724),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0437/2021),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-7 ta' Ġunju 2022  (1),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-23 ta' Marzu 2022  (2),

wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-28 ta’ Ġunju 2023, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikoli 57 u 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A9-0023/2023),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)   ĠU C 307, 12.8.2022, p. 4.

(2)   ĠU C 290, 29.7.2022, p. 58.


P9_TC1-COD(2021)0379

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari tad-9 ta' Novembru 2023 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar Direttiva (UE) 2023/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda ċerti Direttivi fir-rigward tal-istabbiliment u l-funzjonament tal-punt ta' aċċess uniku Ewropew

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, ir-Regolament (UE) 2023/2864.)


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/2850/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)


Top