EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52023AP0395

P9_TA(2023)0395 — Sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea — Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-9 ta’ Novembru 2023 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni (UE, Euratom) 2020/2053 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea (COM(2023)0331 – C9-0211/2023 – 2021/0430(CNS)) (Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)

ĠU C, C/2024/2857, 8.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/2857/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/2857/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/2857

8.5.2024

P9_TA(2023)0395

Sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-9 ta’ Novembru 2023 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni (UE, Euratom) 2020/2053 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea (COM(2023)0331 – C9-0211/2023 – 2021/0430(CNS))

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)

(C/2024/2857)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2021)0570) u l-proposta emendata (COM(2023)0331),

wara li kkunsidra l-Artikolu 311, it-tielet paragrafu, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, skont liema artikoli ġie kkonsultat mill-Kunsill (C9-0211/2023),

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni Ewropea tas-16 ta’ Diċembru 2020 dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta’ riżorsi proprji ġodda (“FII tas-16 ta’ Diċembru 2020 ”) (1),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni leġiżlattiva tiegħu tas-16 ta’ Settembru 2020 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar is-sistema ta’ riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea (2),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni leġiżlattiva tiegħu tat-23 ta’ Novembru 2022 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni (UE, Euratom) 2020/2053 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea (COM(2021)0570 – C9-0034/2022 – 2021/0430(CNS)) (3),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta’ Mejju 2023 dwar ir-riżorsi proprji: bidu ġdid għall-finanzi tal-UE, bidu ġdid għall-Ewropa (4),

wara li kkunsidra l-Artikolu 82 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A9-0295/2023),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.

Jistieden lill-Kummissjoni timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika;

3.

Jistieden lill-Kunsill jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.

Jitlob lill-Kunsill jerġa’ jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b’mod sustanzjali;

5.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda 1

Proposta għal deċiżjoni li temenda

Premessa 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a)

F’konformità mal-IIA tas-16 ta’ Diċembru 2020, din id-Deċiżjoni emendata tikkostitwixxi pass importanti ieħor, għall-implimentazzjoni ta’ pjan direzzjonali għall-introduzzjoni ta’ riżorsi proprji ġodda. Dan se jiżgura li d-dħul minn basket ta’ sorsi ġodda ta’ introjtu se jsir disponibbli u se jkun biżżejjed għall-ħlas tal-imgħax u tal-kapital tad-djun ta’ Next Generation EU u li l-implikazzjonijiet finanzjarji distributtivi tal-basket ikunu aċċettabbli għall-Istati Membri kollha.

Emenda 2

Proposta għal deċiżjoni li temenda

Premessa 2a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a)

Bir-rikavati mir-riżorsi proprji l-ġodda introdotti b’din id-deċiżjoni emendata, il-baġit tal-Unjoni jista’ jiġi ffinanzjat b’mod affidabbli fuq bażi fit-tul, u jakkomoda l-kostijiet tal-ħlas lura tal-Istrument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru u l-prijoritajiet il-ġodda tal-Unjoni filwaqt li jevita t-tnaqqis ta’ programmi u politiki eżistenti tal-Unjoni.

Emenda 3

Proposta għal deċiżjoni li temenda

Premessa 2b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2b)

L-implimentazzjoni tal-Pjan Direzzjonali fil-IIA tas-16 ta’ Diċembru 2020 jenħtieġ li tiġi kkompletata b’riformi futuri li jissostitwixxu s-soluzzjoni tranżizzjonali tal-kontribuzzjoni nazzjonali bbażata fuq l-istatistika dwar il-profitti korporattivi f’riżorsa proprja aktar ġenwina u bbażata fuq it-taxxa hekk kif id-direttivi meħtieġa jew l-oqfsa ta’ armonizzazzjoni madwar l-Unjoni dwar it-tassazzjoni korporattiva jkunu fis-seħħ.

Emenda 4

Proposta għal deċiżjoni li temenda

Premessa 10a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

 

 

(10a)

Fl-isfond ta’ inflazzjoni għolja, it-tnaqqis temporanju ta’ somma f’daqqa għad-Danimarka, il-Ġermanja, in-Netherlands, l-Awstrija u l-Iżvezja, li minnu jibbenefikaw għall-perjodu 2020-2027, żdied b’mod mhux mistenni u sproporzjonat. Sabiex jiġu evitati aktar distorsjonijiet distributtivi, dawn is-somom f’daqqa jenħtieġ li jiġu aġġustati kull sena skont l-istess raġunament u regola bħal-limiti massimi tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali, jiġifieri abbażi ta’ deflatur fiss ta’ 2 % fis-sena.

Emenda 5

Proposta għal deċiżjoni li temenda

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1ea (ġdid)

Deċiżjoni (UE, Euratom) 2020/2053

Artikolu 2 – paragrafu 4

Test fis-seħħ

Emenda

 

(ea)

il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

4.   Għall-perjodu 2021-2027, l-Istati Membri li ġejjin għandhom jibbenefikaw minn tnaqqis gross fil-kontribuzzjonijiet tagħhom ibbażati fuq id-DNG skont il-punt (d) tal-paragrafu 1 ta’ EUR 565 miljun għall-Awstrija, EUR 377 miljun għad- Danimarka, EUR 3 671 miljun għall-Ġermanja, EUR 1 921 miljun għan-Netherlands u EUR 1 069 miljun għall-Iżvezja. Dawn l-ammonti għandhom jitkejlu skont il-prezzijiet tal-2020 u jiġu aġġustati għall-prezzijiet attwali bl-applikazzjoni tad-deflatur l-aktar reċenti tal-prodott domestiku gross għall-Unjoni, espress f’euro, kif previst mill-Kummissjoni, li jkun disponibbli meta jitfassal l-abbozz ta’ baġit . Dan it-tnaqqis gross għandu jiġi ffinanzjat mill-Istati Membri kollha.

“4.   Għall-perjodu 2021-2027, l-Istati Membri li ġejjin għandhom jibbenefikaw minn tnaqqis gross fil-kontribuzzjonijiet tagħhom ibbażati fuq id-DNG skont il-punt (d) tal-paragrafu 1 ta’ EUR 565 miljun għall-Awstrija, EUR 377 miljun għad- Danimarka, EUR 3 671 miljun għall-Ġermanja, EUR 1 921 miljun għan-Netherlands u EUR 1 069 miljun għall-Iżvezja. Dawk l-ammonti għandhom jitkejlu skont il-prezzijiet tal-2020 u jiġu aġġustati għall-prezzijiet attwali abbażi ta’ deflatur fiss ta’ 2 % fis-sena . Dan it-tnaqqis gross għandu jiġi ffinanzjat mill-Istati Membri kollha.”


(1)   ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 28.

(2)  Testi adottati, P9_TA(2020)0220.

(3)  Testi adottati, P9_TA(2022)0404.

(4)  Testi adottati, P9_TA(2023)0195.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/2857/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)


Top