EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52023DP0384

P9_TA(2023)0384 — Ħatra proposta ta’ Membru tal-Qorti tal-Awdituri – Alejandro Blanco Fernández — Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Novembru 2023 dwar il-ħatra ta’ Alejandro Blanco Fernández għall-kariga ta’ Membru tal-Qorti tal-Awdituri (C9-0333/2023 – 2023/0806(NLE)) (Konsultazzjoni)

ĠU C, C/2024/2846, 8.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/2846/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/2846/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/2846

8.5.2024

P9_TA(2023)0384

Ħatra proposta ta’ Membru tal-Qorti tal-Awdituri – Alejandro Blanco Fernández

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Novembru 2023 dwar il-ħatra ta’ Alejandro Blanco Fernández għall-kariga ta’ Membru tal-Qorti tal-Awdituri (C9-0333/2023 – 2023/0806(NLE))

(Konsultazzjoni)

(C/2024/2846)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 286(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C9-0333/2023),

wara li kkunsidra l-Artikolu 129 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0293/2023),

A.

billi, bl-ittra tat-8 ta’ Settembru 2023, il-Kunsill ikkonsulta lill-Parlament Ewropew dwar il-ħatra ta’ Alejandro Blanco Fernández għall-kariga ta’ Membru tal-Qorti tal-Awdituri;

B.

billi l-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tiegħu evalwa l-kwalifiki tal-kandidat propost, b’mod partikolari fir-rigward tal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 286(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea; billi, fil-qafas ta’ din l-evalwazzjoni, il-Kumitat irċieva curriculum vitae mingħand Alejandro Blanco Fernández, kif ukoll it-tweġibiet tiegħu għall-kwestjonarju miktub li kien indirizzat lilu;

C.

billi dan il-kumitat imbagħad, fit-12 ta’ Ottubru 2023, ipproċeda b’seduta ta’ smigħ ma’ Alejandro Blanco Fernández, li matulha huwa għamel stqarrija preliminari, u wara wieġeb għall-mistoqsijiet li saru mill-membri tal-Kumitat;

1.

Jagħti opinjoni favorevoli dwar il-proposta tal-Kunsill għall-ħatra ta’ Alejandro Blanco Fernández għall-kariga ta’ Membru tal-Qorti tal-Awdituri;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u, għal skopijiet ta’ informazzjoni, lill-Qorti tal-Awdituri kif ukoll lill-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni Ewropea u lill-istituzzjonijiet tal-awditjar tal-Istati Membri.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/2846/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)


Top